Werrej
Kif Google tuża l-informazzjoni tiegħek għar-reklamar tad-displej fuq siti web, apps u servizzi oħra tal-imsieħba fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), l-Iżvizzera u r-Renju Unit (UK)
Meta tuża siti web u apps (jew servizzi online simili bħal TV konness), tista' tara reklami bi stampi jew b'vidjow jidhru fuq il-paġna li tkun qed iżżur. Dan jissejjaħ reklamar tad-displej. Dawn ir-reklami tad-displej iżommu ħafna minn dawn is-siti web, apps u servizzi mingħajr ħlas.
Il-pubblikaturi jużaw l-għodod tar-reklamar tad-displej ta' Google biex juruk reklami fi spazji disponibbli fil-paġni tagħhom, xi kultant magħrufa bħala "spazji tar-reklami". Dawn l-għodod jippermettu lill-pubblikaturi jikkomunikaw mar-reklamaturi (jew mal-imsieħba tar-reklamar li jaħdmu f'isem ir-reklamatur) biex:
- jipprovdu lil dawn il-kumpaniji informazzjoni dwar l-ispazju tar-reklam, il-paġna u/jew il-kontenut li qed tara,
- bil-kunsens tiegħek, jipprovdu lill-imsieħba tar-reklamar informazzjoni li tippermettilhom li:
- juruk reklami personalizzati bbażati fuq l-informazzjoni li jista' jkollhom dwarek,
- isiru jafu l-preferenzi tal-kontenut tiegħek (bħas-suġġetti tas-siti web u l-apps li żżur jew tuża ta' spiss) biex juruk reklami li huma personalizzati biex ikunu aktar rilevanti għalik,
- juru r-reklam fuq il-proprjetà li qed iżżur jew tuża.
Meta żżur proprjetà li tuża l-għodod tar-reklamar tad-displej ta' Google, il-brawżer tal-web tiegħek jibgħat ċerta informazzjoni lil Google. Din tinkludi l-URL tal-paġna li tkun qed iżżur u l-indirizz IP tiegħek. Nistgħu wkoll nissettjaw cookies fuq il-brawżer tiegħek jew naqraw cookies li jkunu diġà jinsabu hemm. L-apps u l-apparati tat-TV konnessi li jużaw is-servizzi ta' reklamar tad-displej ta' Google jistgħu wkoll jaqsmu informazzjoni ma' Google, bħall-isem tal-app jew tal-kanal u identifikatur uniku li jista' jiġi ssettjat mill-ġdid għar-reklamar.
Kif nista' nikkontrolla liema informazzjoni tiġbor u tiżvela Google fir-reklamar tad-displej?
Meta żżur proprjetà li tuża għodod ta' reklamar tad-displej ta' Google fuq il-paġna li tkun qed iżżur, dik il-proprjetà trid turi messaġġ li:
- jitlob il-kunsens tiegħek qabel ma (a) profil ta’ reklami personalizzati dwar l-interessi tiegħek ikun jista’ jiġi ġġenerat u użat biex jurik reklami personalizzati, u (b) cookies, IDs mobbli jew informazzjoni oħra jkunu jistgħu jinħażnu jew jinqraw mill-apparat tiegħek, kull meta l-liġi teħtieġ il-kunsens tiegħek, u
- jgħidlek dwar il-“bejjiegħa” (kumpaniji) li jistgħu jirċievu informazzjoni dwarek u dwar l-apparat tiegħek sabiex jgħinu lir-reklamaturi jew lill-imsieħba tar-reklamar iwasslu reklami rilevanti u jkejlu l-effettività tagħhom.
Sir af aktar dwar min jista' jirċievi informazzjoni dwarek u dwar l-apparat tiegħek.
Kif nista' nikkuntattja lil Google jekk ikolli xi mistoqsijiet?
Jekk għandek mistoqsijiet addizzjonali jew talbiet relatati mad-drittijiet tiegħek, tista' tikkuntattja lil Google u lill-uffiċċju tal-protezzjoni tad-dejta tagħna. Għal informazzjoni importanti oħra dwar il-protezzjoni tad-dejta, tista' taqra l- Politika ta' Privatezza tagħna.
Aktar informazzjoni dwar kif l-għodod tar-reklamar tad-displej ta' Google jużaw id-dejta personali tiegħek
Termini ewlenin
Reklamaturi
Ir-reklamaturi huma kumpaniji li għandhom jew joperaw proprjetajiet li jużaw l-għodod tar-reklamar tad-displej ta' Google biex: juru reklami li jippromwovu l-prodotti u s-servizzi tagħhom, jifhmu aktar dwar in-nies li jżuru l-proprjetajiet tagħhom; ikejlu l-effettività tal-kampanji tar-reklami tagħhom; u jtejbu l-mod kif jistgħu juruk reklami fuq proprjetajiet oħra.
Imsieħba tar-reklamar
Dawn huma kumpaniji li jaħdmu f'isem ir-reklamatur jew il-pubblikatur. Pereżempju, jgħinu lir-reklamaturi jixtru spazji tar-reklami fuq il-proprjetajiet tal-pubblikaturi. Jgħinu wkoll lill-pubblikaturi jbigħu spazji tar-reklami. Sir af aktar dwar l-imsieħba tar-reklamar.
Proprjetajiet
Siti web, apps jew servizzi online simili bħal apps jew kanali tat-TV konnessi.
Pubblikaturi
Il-pubblikaturi huma kumpaniji li jużaw l-għodod tar-reklamar tad-displej ta' Google biex juruk reklami fuq il-proprjetajiet li huma stess għandhom jew joperaw.
Kategoriji ta' dejta użati minn għodod ta' reklamar tad-displej
L-informazzjoni eżatta li Google tipproċessa dwarek u dwar l-apparat tiegħek tiddependi fuq il-kunsens(i) li tajt, u l-interessi leġittimi li ġew stabbiliti, għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek. Il-proprjetà li qed iżżur se titlob il-kunsens tiegħek u tistabbilixxi dawn l-interessi leġittimi fuq il-proprjetà li żżur (pereżempju f'messaġġi pop-up jew "banners tal-kunsens"). L-informazzjoni li qed tiġi pproċessata tiddependi wkoll fuq l-għażliet li tagħmel fil-brawżer jew fl-apparat li qed tuża. L-għażliet li tagħmel fis-settings tar-reklami tiegħek jistgħu jillimitaw ukoll kif Google tuża informazzjoni dwarek.
Il-banners tal-kunsens li jiġu ppreżentati lilek meta żżur il-proprjetajiet iridu jippermettulek tagħżel jekk l-imsieħba tar-reklamar (inkluża Google), il-pubblikaturi jew ir-reklamaturi jistgħux jipproċessaw informazzjoni dwarek u dwar l-apparat tiegħek għal ċerti skopijiet. Pereżempju, jekk l-imsieħba tar-reklamar jistgħux isiru jafu aktar dwar l-interessi tiegħek u, għalhekk, jifhmu x'tip ta' reklami jkunu jinteressawk. Din l-informazzjoni tista' tinħażen fi profil ta' reklamar personalizzat. Google, il-pubblikaturi, ir-reklamaturi u l-imsieħba tar-reklamar li jużaw l-għodod tar-reklamar tad-displej ta' Google mhumiex permessi jibnu jew jużaw dawn il-profili tar-reklamar personalizzati mingħajr il-kunsens tiegħek.
L-informazzjoni eżatta li Google tiġbor dwarek tista’ tiddependi wkoll fuq struzzjonijiet li nirċievu mingħand pubblikaturi u reklamaturi. Pereżempju, il-pubblikaturi jistgħu jagħżlu li jibagħtu lil Google identifikaturi li jintużaw għal affarijiet bħal-limitazzjoni tal-frekwenza (il-limitazzjoni ta' kemm-il darba tara l-istess reklam), is-segmentazzjoni u l-immirar tal-udjenza (il-wiri ta' reklami li huma rilevanti għalik), ir-rotazzjoni tar-reklami (l-iżgurar li tara verżjonijiet differenti ta' reklam) u kontrolli oħra tat-twassil tar-reklami bbażati fuq l-udjenza fl-apparati kollha.
It-tabelli ta' hawn taħt jipprovdu aktar informazzjoni dwar il-kategoriji ta' dejta li Google tipproċessa meta jintużaw l-għodod tar-reklamar tad-displej.
Dejta li tirċievi Google meta pubblikatur jitlob reklami (“dejta tat-talba għal reklami”)
| Tip ta' dejta | Eżempji ta' informazzjoni |
|---|---|
| Informazzjoni dwar spazju għar-reklami (slot) | Identifikatur tal-ispazju għar-reklami; dimensjonijiet tal-ispazju għar-reklami; formati jew tipi ta' midja appoġġjati; post tal-ispazju għar-reklami fuq il-paġna |
| Kontenut madwar spazju għar-reklami | URL tal-paġna web; ID tal-app mobbli jew tat-TV konness; deskrizzjoni tal-kontenut tal-vidjow |
| Informazzjoni dwar il-pubblikatur | Identifikatur tal-pubblikatur; imsieħba tar-reklamar involuti fil-bejgħ tal-ispazju għar-reklami (katina tal-provvista) |
| Informazzjoni pprovduta mill-pubblikatur | Identifikaturi u sinjali pprovduti mill-pubblikatur |
| Informazzjoni dwar l-apparat jew il-brawżer tiegħek | Identifikaturi tar-reklamar li jistgħu jiġu rrisettjati mill-utent għal brawżer, ibbażati fuq cookies, jew apparat (skont is-settings tal-privatezza u l-ambjent); mudell u ditta tal-apparat; ditta u verżjoni tal-brawżer; marka u verżjoni tas-sistema operattiva |
| Informazzjoni dwar sessjoni ta' bbrawżjar jew fl-app | Identifikatur tal-viżwalizzazzjoni tal-paġna web kurrenti jew tas-sessjoni fl-app; informazzjoni relatata mas-sessjoni tiegħek, bħat-tul tas-sessjoni, jekk intix qed tinteraġixxi mal-paġna, in-numru preċedenti ta' klikks li għamilt u informazzjoni dwar is-sors |
| Informazzjoni dwar in-network | Indirizz IP; HTTP u headers oħra tan-network; informazzjoni dwar l-operatur tan-network mobbli tiegħek; stat tan-network |
| Settings tal-privatezza | Is-sinjali li jindikaw il-bażijiet legali li ġew stabbiliti għall-ipproċessar tal-informazzjoni dwarek (pereżempju jekk tajtx il-kunsens tiegħek għal reklami personalizzati); is-settings tal-privatezza li tagħżel fil-brawżer jew fis-sistema operattiva tiegħek; is-sinjali tal-privatezza li pubblikatur jibagħtilna, bħal sinjali li japplikaw protezzjonijiet minħabba t-tfal |
| Teknoloġiji ta' reklamar appoġġjati | L-interfaċċji għall-ipprogrammar tal-applikazzjoni (APIs) appoġġjati mill-apparat tiegħek; it-tag tar-reklami tal-pubblikatur jew it-tip u l-verżjoni tal-kitt tal-iżvilupp tas-software (SDK) tar-reklamar |
| Informazzjoni dwar id-domanda ta' parti terza | Tweġibiet għall-offerti u offerti riċevuti mingħand l-imsieħba tar-reklamar diretti ta' pubblikatur |
| Sinjali għall-iskoperta u l-prevenzjoni tal-frodi u l-abbuż fir-reklami | Sinjali proprjetarji miġbura minn apparat jew minn brawżer tal-web li jgħinu biex tiġi skoperta attività invalida (frodi tar-reklami) |
| Informazzjoni ta' Google Analytics | ID tas-sessjoni li tidentifika l-viżwalizzazzjoni tal-paġna tiegħek jew is-sessjoni fl-app |
| Informazzjoni sperimentali u dwar id-debugging | Informazzjoni li tindika jekk l-għodod tar-reklamar tad-displej humiex qed jiffunzjonaw kif suppost, bħall-ħinijiet tal-illowdjar tar-reklami, il-metriċi tas-saħħa tas-sistema u l-analitika u r-rapporti tal-ħsarat; informazzjoni dwar esperimenti attivi |
Dejta żvelata lill-imsieħba tar-reklamar fit-talba għall-offerta (“dejta tat-talba għall-offerta”)
| Tip ta' dejta | Eżempji ta' informazzjoni |
|---|---|
| Informazzjoni dwar spazju għar-reklami (slot) | Identifikatur tal-ispazju għar-reklami; id-dimensjonijiet tal-ispazju għar-reklami; formati jew tipi ta' midja appoġġjati; il-post tal-ispazju għar-reklami fuq il-paġna |
| Kontenut madwar l-ispazju għar-reklami | URL tal-paġna web; ID tal-app mobbli jew tat-TV konness; deskrizzjoni tal-kontenut tal-vidjow |
| Informazzjoni dwar il-pubblikatur | Identifikatur tal-pubblikatur; pajjiż tal-fatturazzjoni; imsieħba tar-reklamar involuti fil-bejgħ ta' spazju għar-reklami (katina tal-provvista) |
| Informazzjoni pprovduta mill-pubblikatur | Identifikaturi u sinjali pprovduti mill-pubblikatur |
| Informazzjoni dwar l-irkant | Informazzjoni pprovduta lill-imsieħba tar-reklamar relatata mal-parteċipazzjoni tagħhom stess fix-xiri ta' spazji għar-reklami |
| Is-settings tal-konfigurazzjoni tal-pubblikatur | Kategoriji ta' reklami mhux permessi mill-pubblikatur; informazzjoni dwar ftehimiet diretti bejn pubblikatur u msieħeb tar-reklamar; regoli tal-ipprezzar stabbiliti mill-pubblikatur |
| Informazzjoni dwar l-apparat jew il-brawżer tiegħek | Ġeolokalizzazzjoni approssimattiva; indirizz IP jew indirizz IP maqtugħ; identifikaturi tar-reklamar li jistgħu jiġu rrisettjati mill-utent għal brawżer, ibbażati fuq cookies, jew apparat (reklami personalizzati biss); mudell u ditta tal-apparat; ditta u verżjoni tal-brawżer; ditta u verżjoni tas-sistema operattiva |
| Informazzjoni dwar sessjoni ta' bbrawżjar jew fl-app | Identifikatur tal-viżwalizzazzjoni tal-paġna web kurrenti jew tas-sessjoni fl-app; informazzjoni oħra relatata mas-sessjoni tiegħek, bħal jekk intix qed tinteraġixxi mal-paġna, in-numru preċedenti ta' klikks li għamilt |
| Informazzjoni dwar in-network | Tip ta' konnessjoni man-network (pereżempju 3G/4G/5G/Wifi) |
| Settings tal-privatezza | Sinjali li jindikaw il-bażijiet legali li ġew stabbiliti għall-ipproċessar ta' informazzjoni dwarek (pereżempju jekk tajtx il-kunsens tiegħek għal reklami personalizzati); is-settings tal-privatezza li tagħżel fil-brawżer jew fis-sistema operattiva tiegħek |
| Teknoloġiji ta' reklamar appoġġjati | L-interfaċċji għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet (APIs) appoġġjati mill-apparat tiegħek; it-tag tar-reklami tal-pubblikatur jew it-tip u l-verżjoni tal-kitt tal-iżvilupp tas-software (SDK) |
| Informazzjoni teknika, sperimentali u dwar id-debugging | Sett ta' esperimenti attivi speċifiċi għall-imsieħeb tar-reklamar; skadenza għar-rispons għall-offerta; jekk it-talba hijiex talba ta' test |
Dejta żvelata lill-imsieħba tar-reklamar dwar ir-riżultat tal-irkant
| Tip ta' dejta | Eżempji ta' informazzjoni |
|---|---|
| Informazzjoni dwar l-irkant | Informazzjoni relatata mal-parteċipazzjoni preċedenti ta' msieħeb tar-reklamar f'irkant; informazzjoni relatata mar-riżultat tal-irkant, opportunità ta' reklam u dejta tat-talba tal-offerta |
Dejta li tirċievi Google meta jintwera reklam
| Tip ta' dejta | Eżempji ta' informazzjoni |
|---|---|
| Informazzjoni dwar it-talba relatata għar-reklam | It-talba għar-reklam li rriżultat fl-għażla tar-reklam; dejta dwar ir-reklam magħżul |
| Informazzjoni dwar l-apparat jew il-brawżer tiegħek | Identifikaturi tar-reklamar li jistgħu jiġu rrisettjati mill-utent għal brawżer, ibbażati fuq cookies, jew apparat (reklami personalizzati biss); mudell u ditta tal-apparat; ditta u verżjoni tal-brawżer; ditta u verżjoni tas-sistema operattiva |
| Informazzjoni dwar in-network | Indirizz IP; HTTP u headers oħra tan-network |
| Sinjali għall-iskoperta u l-prevenzjoni tal-frodi u l-abbuż fir-reklami | Sinjali proprjetarji li jgħinu biex tiġi skoperta attività invalida (frodi tar-reklami) |
| Dejta ta' interazzjoni | Informazzjoni dwar kif tinteraġixxi ma' reklam, bħal jekk tikklikkjax fuqu; interazzjonijiet ma' vidjow f'reklam (bħal jekk il-ħoss ikunx mitfi jew il-vidjow twaqqafx) |
| Informazzjoni relatata mal-viżwalizzazzjoni tar-reklam | Informazzjoni relatata mal-viżwalizzazzjoni tar-reklam, bħal messaġġi ta' żball; informazzjoni dwar l-għażla tar-reklam; informazzjoni dwar il-viżibbiltà tar-reklam |
Dejta riċevuta minn Google mill-imsieħba tar-reklamar tagħna meta jissottomettu offerta għall-ispazju għar-reklami
| Tip ta' dejta | Eżempji ta' informazzjoni |
|---|---|
| Informazzjoni dwar ir-reklam | Id-dimensjonijiet tar-reklam; il-paġna tad-destinazzjoni tar-reklamatur jekk tikklikkja fuq ir-reklam; il-kodiċi użat biex titlob ir-reklam |
| Informazzjoni dwar l-offerta għall-ispazju għar-reklami | L-ammont tal-offerta; l-identità tal-imsieħeb tar-reklamar li jirbaħ l-offerta; informazzjoni użata għar-rappurtar aggregat tax-xiri tar-reklami lill-imsieħba tar-reklamar |
| Informazzjoni għall-kejl tat-twassil u l-prestazzjoni tar-reklami u d-debugging tal-integrazzjoni teknika | Informazzjoni dwar ir-reklam, ir-reklam u l-opportunità tar-reklam; informazzjoni pprovduta lill-interfaċċji għall-ipprogrammar tal-applikazzjoni (APIs); skedi ta' żmien għar-rispons għall-offerti |
| Informazzjoni sperimentali | Informazzjoni relatata ma' jekk jintużawx ċerti teknoloġiji li jtejbu l-privatezza jew interfaċċji għall-iprogrammar tal-applikazzjonijiet (APIs) |
Dejta żvelata minn Google lill-pubblikaturi dwar it-tranżazzjonijiet tar-reklami
| Tip ta' dejta | Eżempji ta' informazzjoni |
|---|---|
| Informazzjoni pprovduta mill-pubblikatur dwar it-talba b'rabta miegħek u mal-ispazju għar-reklami | Parametri tal-ispazju għar-reklami; regoli pprovduti mill-pubblikatur relatati mal-bejgħ tal-ispazju għar-reklami; informazzjoni dwar il-brawżer tiegħek u l-post approssimattiv; identifikaturi pprovduti mill-pubblikatur (dment li tkun tajt il-kunsens tiegħek għall-personalizzazzjoni tar-reklami) |
| Informazzjoni dwar ir-reklam li ġie rritornat | L-imsieħeb tar-reklamar li qed jixtri; informazzjoni dwar ftehimiet diretti bejn pubblikatur u msieħeb tar-reklamar; ir-reklamatur identifikat; il-ħlas tal-pubblikatur għar-reklam; l-istampa tar-reklam |
| Informazzjoni dwar il-viżibbiltà tar-reklam u l-interazzjonijiet tiegħek miegħu | Jekk ir-reklam intweriex fuq l-iskrin; jekk ikklikkjajtx fuq reklam; jekk tfejtx il-ħoss tar-reklam |
Id-dejta li tuża Google biex twassal ir-reklami
| Tip ta' dejta | Eżempji ta' informazzjoni |
|---|---|
| Informazzjoni dwar in-network | Indirizz IP; HTTP u headers oħra tan-network, inklużi cookies |
| Informazzjoni dwar spazju għar-reklami (slot) | Identifikatur tal-ispazju għar-reklami; wisa' u għoli tar-reklam permessi; formati jew tipi ta' midja appoġġjati; post tal-ispazju għar-reklami fuq il-paġna |
| Informazzjoni dwar ir-reklam | Informazzjoni użata biex jiġi deċiż liema reklam jintwera lilek, bħal informazzjoni dwar l-offerta rebbieħa u interessi li ġew inferiti mill-interazzjonijiet tiegħek ma' proprjetajiet differenti |
Dejta użata għat-"tqabbil tal-cookies"
| Tip ta' dejta | Eżempji ta' informazzjoni |
|---|---|
| Informazzjoni dwar l-apparat jew il-brawżer tiegħek | Ġeolokalizzazzjoni approssimattiva; tip u verżjoni tal-brawżer u tas-sistema operattiva; mudell u ditta tal-apparat (bħala parti mill-informazzjoni tal-aġent tal-utent) |
| Informazzjoni dwar in-network | Indirizz IP; HTTP u headers oħra tan-network |
| Identifikaturi tal-utenti psewdonimi bbażati fuq il-cookies | Identifikaturi tar-reklamar li jistgħu jiġu rrisettjati mill-utent għal brawżer, ibbażati fuq cookies |
| Informazzjoni speċifika għal imsieħeb tar-reklamar | Identifikaturi bbażati fuq cookies ipprovduti mill-imsieħeb; URL ta' ridirezzjoni; identifikatur tal-kont tal-imsieħeb tar-reklamar |
| Settings tal-privatezza | Sinjali li jindikaw il-bażijiet legali li ġew stabbiliti għall-ipproċessar ta' informazzjoni dwarek (eż. jekk tajtx il-kunsens tiegħek għal reklami personalizzati) |
| Informazzjoni teknika u dwar id-debugging | Kronogramma ta' meta bdiet it-talba għat-tqabbil tal-cookies; informazzjoni dwar kwalunkwe protokoll ta' sigurtà użat għat-talba |
Tqabbil tal-cookies
Uħud mill-imsieħba tar-reklamar tagħna jużaw karatteristika msejħa "tqabbil tal-cookies". Din il-karatteristika tippermetti lill-imsieħba tar-reklamar tagħna jqabblu l-identifikaturi bbażati fuq il-cookies li jassoċjaw mal-brawżer tiegħek mal-identifikaturi bbażati fuq il-cookies użati mill-għodod tar-reklamar tad-displej. Dawn l-identifikaturi bbażati fuq il-cookies jinħażnu minn għodod tar-reklamar tad-displej f'"tabelli ta' tqabbil" u jistgħu jiġu kondiviżi sussegwentement f'talbiet għall-offerti ma' msieħeb tar-reklamar li ħażen identifikatur partikolari f'dawk it-tabelli. It-tabelli ta' tqabbil jistgħu jintużaw mill-imsieħba tar-reklamar tagħna għal numru ta' raġunijiet, inkluż biex jippersonalizzaw ir-reklami. Pereżempju, imsieħeb tar-reklamar jista' juża s-servizz ta' tqabbil tal-cookies biex jaħżen identifikatur ibbażat fuq il-cookies li jkun assenja lill-brawżer tiegħek meta tkun żort waħda mill-proprjetajiet tar-reklamatur imsieħeb tiegħu fit-tabelli tat-tqabbil ipprovduti mill-għodod tar-reklamar tad-displej, sabiex ikun jista' aktar tard jirċievi l-identifikatur ibbażat fuq il-cookies tiegħu fit-talbiet tal-offerti mill-għodod tar-reklamar tad-displej.
Reklami mhux personalizzati u reklami limitati
Nistgħu nuruk reklami mhux personalizzati jekk tirrifjuta li tipprovdi kunsens għal reklami personalizzati iżda tagħti kunsens għall-użu ta' cookies, IDs mobbli u ħażna lokali oħra (fejn tali kunsens ikun legalment meħtieġ). Għalkemm ir-reklami mhux personalizzati ma jużawx cookies jew identifikaturi tar-reklami mobbli għall-personalizzazzjoni tar-reklami, xorta jużaw cookies jew identifikaturi tar-reklami mobbli għal skopijiet bħal-limitazzjoni tal-frekwenza, il-kejl u r-rappurtar tar-reklami u s-servizz ta' reklami kuntestwali.
Nistgħu nuruk reklami limitati jekk tirrifjuta li tagħti l-kunsens tiegħek kemm għal reklami personalizzati kif ukoll għall-użu ta' cookies, IDs mobbli u ħażna lokali oħra (fejn tali kunsens huwa legalment meħtieġ). Reklami limitati jiddiżattivaw il-personalizzazzjoni u l-karatteristiċi kollha li jeħtieġu l-użu ta' identifikaturi u dejta maħżuna fuq l-apparat jew fi brawżer tal-web (pereżempju, il-cookies mhux se jintużaw biex jillimitaw in-numru ta' drabi li tara l-istess reklam). Madankollu, il-pubblikaturi xorta jistgħu jagħżlu li jużaw identifikaturi tar-reklamar li jistgħu jiġu ssettjati mill-utent (inklużi l-cookies) biex jidentifikaw u jipprevjenu attività invalida (frodi tar-reklami).
Għaliex u kif nipproċessaw l-informazzjoni tiegħek u l-bażijiet legali ta' Google għall-ipproċessar tagħha
Google tipproċessa l-informazzjoni tiegħek biex tipprovdi l-għodod tar-reklamar tad-displej għall-iskopijiet, u fuq il-bażijiet legali, deskritti hawn taħt:
| Għaliex u kif nipproċessaw l-informazzjoni tiegħek | Liema dejta tiġi pproċessata | Bażijiet legali |
|---|---|---|
|
Biex jintwerew reklami. Nipproċessaw l-informazzjoni tiegħek biex inkunu nafu fejn nibagħtu r-reklami li jiġu pprovduti bl-użu tal-għodod tar-reklamar tad-displej. Pereżempju, nipproċessaw l-indirizz IP tiegħek sabiex nibagħtu reklami lill-paġna web li qed taqra fuq l-apparat tiegħek. Nużaw ukoll informazzjoni dwar l-ispazju għar-reklami biex niżguraw li r-reklam li nipprovdu jkun xieraq (bħal li niżguraw li jkun id-daqs it-tajjeb biex jidħol fl-ispazju għar-reklami fuq il-paġna). |
Fejn meħtieġ għall-interessi leġittimi ta' Google, pubblikaturi, reklamaturi u/jew imsieħba fir-reklamar fil-provvista ta' servizzi ta' reklamar li juru reklami (u meta r-reklami jkunu personalizzati, aħna niddependu fuq il-kunsens tiegħek għal din il-personalizzazzjoni, li għandek id-dritt li tirtira fi kwalunkwe ħin). |
|
|
Biex tagħżel reklami li se tara (kemm jekk ir-reklam huwa personalizzat għalik kif ukoll jekk le). Aħna nipproċessaw id-dejta biex niddeterminaw it-tipi ta’ reklami li tara u liema msieħba tar-reklamar huma eliġibbli biex jirċievu ċerta dejta. Id-dejta miġbura u żvelata tiddependi fuq il-permessi li tagħti, bħal fil-banner tal-kunsens li jiġi ppreżentat lilek meta żżur il-proprjetà tal-pubblikatur u fis-settings tar-reklami tiegħek. Ir-reklami jintwerewlek skont fatturi bħall-ħin tal-ġurnata, is-suġġett tal-proprjetà li qed iżżur jew il-post approssimattiv tiegħek. Pereżempju, inti tista' tara reklam ta' ristorant għal offerti speċjali fuq l-ikliet ta' nofsinhar għax qed taqra blog dwar riċetti għall-ikla ta' nofsinhar. Jew tista' tara reklam għal negozju ta' tiswija tas-soqfa għax tkun qed taqra artiklu dwar it-tiswijiet fid-dar. Nipproċessaw id-dejta biex nillimitaw in-numru ta' drabi li tara l-istess reklam. Skont il-permessi li tagħti, se niġbru d-dejta tat-talbiet għal reklami u niżvelaw id-dejta tat-talbiet għall-offerti lill-imsieħba tar-reklamar tagħna, li jużawha biex jiddeċiedu jekk iridux jagħmlu offerta għal spazju għar-reklami fil-proprjetà tal-pubblikatur. Jekk wieħed jew aktar mill-imsieħba tar-reklamar tagħna jiddeċiedu li jissottomettu offerta għall-ispazju għar-reklami rilevanti, Google tipproċessa d-dejta li nirċievu mingħandhom biex tiddetermina l-offerta rebbieħa u turi r-reklam rilevanti fuq il-proprjetà tal-pubblikatur. It-tqabbil tal-cookies jista' jintuża biex jintgħażlu r-reklami li tara. Pereżempju, biex jiġi limitat in-numru ta' drabi li tara l-istess reklam. |
|
Il-bażi legali se tiddependi mill-proprjetà li tkun qed iżżur, iżda se tkun waħda minn dawn li ġejjin:
|
|
Biex tippersonalizza r-reklami. Dment li tkun tajt il-kunsens tiegħek, nużaw id-dejta biex nuru reklami personalizzati fuq il-proprjetajiet tal-pubblikatur. Ir-reklami jistgħu jiġu personalizzati abbażi tal-interessi inferiti tiegħek. Dawn l-inferenzi huma meħuda mill-interazzjonijiet preċedenti tiegħek ma' proprjetajiet li kienu assoċjati mal-istess identifikaturi għall-brawżer jew l-apparat tiegħek (pereżempju cookies jew IDs tar-reklamar tal-apparat), jew informazzjoni oħra pprovduta minn pubblikaturi, imsieħba tar-reklamar jew reklamaturi (pereżempju identifikaturi u sinjali pprovduti mill-pubblikatur). Aħna nipproċessaw id-dejta biex niddeterminaw it-tipi ta' reklami li tara u niddeterminaw l-imsieħba tar-reklamar li huma eliġibbli biex jirċievu dejta għall-personalizzazzjoni tar-reklami. Id-dejta miġbura u żvelata tiddependi fuq il-permessi li tagħti, bħal fil-banner tal-kunsens li jiġi ppreżentat lilek meta żżur il-proprjetà u s-settings tar-reklami tiegħek. Meta nuru reklami personalizzati, aħna niġbru dejta dwar it-talbiet għar-reklami u niżvelaw dejta dwar it-talbiet għall-offerti lill-imsieħba tar-reklamar tagħna, li jużawha biex jiddeċiedu jekk u kif jistgħu jissottomettu offerta għall-ispazju tar-reklami fuq il-proprjetà tal-pubblikatur, inkluż l-għażla ta' reklam personalizzat. Jekk wieħed jew aktar mill-imsieħba tar-reklamar tagħna jiddeċiedu li jissottomettu offerta għall-ispazju tar-reklami rilevanti, Google tipproċessa din l-informazzjoni biex tiddetermina l-offerta rebbieħa u turi r-reklam rilevanti fuq il-proprjetà tal-pubblikatur. L-imsieħba tar-reklamar jistgħu jużaw id-dejta li jiġbru biex joħolqu profil tar-reklami dwarek u juruk reklami personalizzati. Pereżempju, jekk żort proprjetà u ħarist lejn żraben ħomor, il-profil tal-imsieħeb tar-reklamar jista' jirreġistra li int interessat fi żraben sportivi ħomor. Jekk l-imsieħeb tar-reklamar jaħdem f'isem reklamatur li jbigħ żraben sportivi ħomor, imbagħad jista' jagħżel li jservik reklam personalizzat għal żraben sportivi ħomor meta żżur proprjetà oħra. It-tqabbil tal-cookies u l-informazzjoni aċċessata mill-interfaċċji għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet (APIs) appoġġjati mill-apparat tiegħek jistgħu jintużaw biex juruk reklami personalizzati. |
|
Bil-kunsens tiegħek, li għandek id-dritt li tirtirah fi kwalunkwe ħin. |
|
Biex titkejjel l-effettività tar-reklami. Nużaw id-dejta għall-analitika u għall-kejl biex nifhmu kif jintużaw l-għodod tar-reklamar tad-displej. Pereżempju, aħna nkejlu l-prestazzjoni tar-reklami li jitqiegħdu permezz tal-għodod tar-reklamar tad-displej, inkluż billi nanalizzaw il-prestazzjoni ta' tipi differenti ta' formati ta' reklami. Dan jinkludi l-ġbir u l-analiżi ta' metriċi bħall-viżibbiltà (jekk reklam muri fuq paġna huwiex viżibbli għalik), ir-rati ta' klikks (kemm-il darba n-nies jikklikkjaw fuq reklam) jew il-konverżjonijiet (pereżempju jekk xtrajtx il-prodott jew is-servizz li qed jiġi rreklamat). Dawn il-metriċi jistgħu jgħinu lill-pubblikaturi, lir-reklamaturi u lill-imsieħba tar-reklamar jifhmu l-prestazzjoni tar-reklami. Dawn il-metriċi jgħinu lir-reklamaturi, lill-imsieħba tar-reklamar u lill-pubblikaturi jtejbu l-prestazzjoni tal-kampanji bl-użu ta' ottimizzazzjonijiet awtomatizzati u manwali. Jintużaw ukoll għal skopijiet ta' fatturazzjoni u ta' ħlas. Biex nagħmlu dan, aħna:
Aħna niġbru identifikaturi mill-apparat tiegħek u naqsmuhom mal-pubblikaturi biex ngħinuhom jifhmu l-effettività tar-reklami li juru fuq il-proprjetajiet tagħhom. Dan jippermetti lill-pubblikaturi janalizzaw u jottimizzaw b'mod aktar effettiv il-prestazzjoni tal-ispazji tar-reklami tagħhom. It-tqabbil tal-cookies u l-informazzjoni aċċessata mill-interfaċċji ta' pprogrammar ta' applikazzjonijiet (APIs) appoġġjati mill-apparat tiegħek jistgħu jintużaw biex titkejjel l-effettività tar-reklami. |
|
Il-bażi legali se tiddependi mill-proprjetà li tkun qed iżżur, iżda se tkun waħda minn dawn li ġejjin:
|
|
Nipprovdu, inżommu u ntejbu l-għodod tar-reklamar tad-displej għall-pubblikaturi, l-imsieħba tar-reklamar u r-reklamaturi, u ifhem kif qed jintużaw l-għodod tar-reklamar tad-displej. Aħna nużaw id-dejta biex niżguraw li l-għodod tar-reklamar tad-displej tagħna qed jaħdmu kif suppost u biex nipprovdu servizzi li jissodisfaw il-bżonnijiet tal-pubblikaturi, tar-reklamaturi u tal-imsieħba tar-reklamar li jużaw dawn l-għodod. Pereżempju:
Biex nagħmlu dan:
It-tqabbil tal-cookies jista' jintuża biex itejjeb l-għodod tar-reklamar tad-displej għall-pubblikaturi, l-imsieħba tar-reklamar u r-reklamaturi. |
|
Il-bażi legali se tiddependi mill-proprjetà li tkun qed iżżur, iżda se tkun waħda minn dawn li ġejjin:
|
|
Żvilupp ta' servizzi u karatteristiċi ġodda. Nipproċessaw id-dejta biex niżviluppaw karatteristiċi ġodda li huma utli għall-pubblikaturi, għar-reklamaturi u għall-imsieħba tar-reklamar. Pereżempju:
Biex nagħmlu dan, aħna:
It-tqabbil tal-cookies jista' jintuża biex jiġu żviluppati servizzi u karatteristiċi ġodda. |
|
Il-bażi legali tiddependi fuq il-proprjetà li tkun qed iżżur, iżda se tkun waħda minn dawn li ġejjin:
|
|
Nippersonalizzaw l-għodod tar-reklamar tad-displej, inkluż billi nipprovdu rakkomandazzjonijiet lill-pubblikaturi, lir-reklamaturi u lill-imsieħba tar-reklamar. Aħna nipproċessaw id-dejta biex nippersonalizzaw ċerti karatteristiċi fl-għodod tar-reklamar tad-displej li jużaw il-pubblikaturi, ir-reklamaturi u l-imsieħba tar-reklamar. Pereżempju:
Biex nagħmlu dan, aħna:
|
|
Fejn meħtieġ għall-interessi leġittimi ta' Google, tal-pubblikaturi, tar-reklamaturi u tal-imsieħba tar-reklamar fil-personalizzazzjoni tal-għodod tar-reklamar tad-displej biex jipprovdu esperjenza aħjar lill-pubblikaturi, lir-reklamaturi u lill-imsieħba tar-reklamar. |
|
Nikkomunikaw mal-pubblikaturi, mal-imsieħba tar-reklamar, mar-reklamaturi u mal-pubbliku. Aħna nużaw id-dejta li nipproċessaw fil-provvista tal-għodod tar-reklamar tad-displej biex ninfurmaw kampanji ta' kummerċjalizzazzjoni mmirati lejn pubblikaturi, reklamaturi u msieħba tar-reklamar, u biex ninfurmaw strateġiji ta' komunikazzjoni dwar bidliet fil-prodott li ġejjin. Pereżempju:
Biex nagħmlu dan, aħna:
|
|
Fejn ikun meħtieġ għall-interessi leġittimi tagħna fil-kummerċjalizzazzjoni biex ninfurmaw lill-pubblikaturi, lir-reklamaturi u lill-imsieħba tar-reklamar dwar is-servizzi tagħna. |
|
Nipproteġu lil Google, lill-utenti tagħna u lill-pubbliku. Nużaw id-dejta biex intejbu s-sigurtà u l-affidabbiltà tal-għodod tar-reklamar tad-displej. Dan jinkludi l-iskoperta, il-prevenzjoni u r-rispons għal frodi, abbuż, riskji għas-sigurtà u problemi tekniċi li jistgħu jagħmlu ħsara lil Google, lill-utenti tagħna jew lill-pubbliku. Pereżempju:
Biex nagħmlu dan, aħna:
It-tqabbil tal-cookies jista' jintuża biex niskopru, nipprevjenu u nirrispondu għal frodi tar-reklami. Pereżempju, biex niskopru traffiku invalidu. |
|
Il-bażi legali se tkun waħda minn dawn li ġejjin:
|
L-użu ta' informazzjoni mingħand ir-reklamaturi u l-imsieħba tar-reklamar tagħna
Ir-reklamaturi u l-imsieħba tar-reklamar jistgħu jużaw ukoll xi wħud mill-għodod tar-reklamar tad-displej tagħna biex jgħinuhom jitgħallmu aktar dwar in-nies li jżuru l-proprjetajiet tagħhom, biex ikejlu l-prestazzjoni tar-reklami li juru bl-użu ta' għodod tar-reklamar tad-displej u biex itejbu l-mod kif juruk reklami fil-kampanji ta' reklamar tagħhom meta żżur proprjetajiet oħra. Sir af aktar dwar kif Google tuża d-dejta mill-imsieħba tar-reklamar tagħna.
L-iżvelar tal-informazzjoni tiegħek
Meta nipprovdu l-għodod tar-reklamar tad-displej, nistgħu niżvelaw informazzjoni mal-kategoriji ta' riċevituri ta' hawn taħt. Ir-riċevituri individwali tal-informazzjoni huma soġġetti għall-għażliet li tagħmel fil-banner tal-kunsens u l-imsieħba tar-reklamar eżatti li l-pubblikatur jew ir-reklamatur jagħżel li jaħdem magħhom:
- Mal-pubblikaturi. Aħna niżvelaw id-dejta lill-pubblikaturi bħala parti mill-karatteristiċi fl-għodod tar-reklamar tad-displej li huma mfassla biex jgħinu lill-pubblikaturi jifhmu l-prestazzjoni tar-reklami fuq il-proprjetajiet tagħhom.
- Ma' msieħba tar-reklamar. Google tissieħeb ma' msieħba tar-reklamar li jaħdmu f'isem ir-reklamatur jew il-pubblikatur, bħal:
- Imsieħba tar-reklamar li jiffaċilitaw ix-xiri ta' spazji għar-reklami: Dawn huma kumpaniji li jaħdmu f'isem ir-reklamatur jew il-pubblikatur li jiffaċilitaw ix-xiri tal-ispazji għar-reklami fuq il-proprjetajiet tal-pubblikatur, inklużi:
- Networks tar-reklami: kumpaniji li jaggregaw u jbigħu spazji għar-reklami lir-reklamaturi.
- Skambji ta' reklami: swieq virtwali fejn il-pubblikaturi u r-reklamaturi jinnegozjaw l-inventarju tar-reklami diġitali.
- Pjattaformi min-naħa tad-domanda: kumpaniji li jgħinu lir-reklamaturi jawtomatizzaw il-proċess tax-xiri ta' spazji għar-reklami fuq il-proprjetajiet tal-pubblikaturi f'ħin reali.
- Pjattaformi tan-naħa tal-provvista: kumpaniji li jgħinu lill-pubblikaturi jbigħu l-ispazji għar-reklami, jimlewhom bir-reklami u jirċievu d-dħul.
- Imsieħba tad-dejta: kumpaniji li jgħinu lil reklamaturi (u msieħba tar-reklamar li jaħdmu f'isimhom) jagħtu għarfien akbar dwar ix-xiri ta' spazji tar-reklami b'mod li jissodisfa l-għanijiet tal-kampanja tar-reklamaturi, u jissimplifika l-mod kif jistgħu jinxtraw l-ispazji għar-reklami.
- Imsieħba tar-reklamar li jipprovdu servizzi ta' kejl tar-reklami. Dawn il-kumpaniji jipprovdu servizzi lir-reklamaturi li jkejlu kif l-utenti jikklikkjaw u jaraw ir-reklami.
- Imsieħba tar-reklamar li jipproteġu kontra l-frodi u l-abbuż. Pereżempju, dawn il-kumpaniji jipproteġu kontra bots li jikklikkjaw fuq reklami.
- Imsieħba tar-reklamar li jwasslu r-reklam fl-ispazju għar-reklami. Dawn il-kumpaniji jwasslu reklami fuq il-paġna li qed iżżur.
Aħna niżvelaw ukoll dejta lill-imsieħba tar-reklamar tagħna biex ngħinuhom jifhmu kif qed jaħdmu r-reklami u biex insolvu problemi li l-imsieħba tagħna jistgħu jesperjenzaw meta jużaw l-għodod tar-reklamar tad-displej.
-
Għal raġunijiet legali, inklużi l-awtoritajiet governattivi, il-qrati jew mal-konsulenti esterni tagħna, kif deskritt aktar fil-Politika tal-Privatezza tagħna.
Kif inżommu l-informazzjoni tiegħek
L-informazzjoni tiegħek li niġbru meta nipprovdu servizzi ta' reklamar tad-displej tinżamm skont it-taqsima tal-Perjodi ta' żamma għall-ħażna ta' informazzjoni minn Google li mhix fil-Kont ta' Google tal-utent tal-Politika tagħna dwar iż-Żamma tad-Dejta tal-Utent ta' Google Ads. Madankollu, il-perjodi ta' żamma jistgħu jkunu itwal jew iqsar għal ċerti skopijiet speċifiċi ta' negozju u legali, kif deskritt hawn taħt:
- Kampjuni tad-dejta żvelata lill-imsieħba tar-reklamar tagħna bħala parti mis-servizz tax-Xerrejja Awtorizzati tagħna, u li aħna u l-imsieħba tar-reklamar tagħna nużaw biex nidentifikaw u nirranġaw kwistjonijiet li jistgħu jseħħu bil-prodott: jinżammu sa 8 ijiem.
- Informazzjoni li tidentifika lilek jew lill-apparat tiegħek li hija meħtieġa għall-prevenzjoni tal-ispam u l-abbuż meta jintwerew reklami (għall-għodod kollha tar-reklamar tad-displej): tinżamm sa 3 snin mill-ħin tal-ġbir.
- Dejta meħtieġa għall-finijiet taż-żamma ta' rekords finanzjarji: tinżamm għal massimu ta' 11-il sena mill-ħin tal-ġbir.
- Jekk ikkomunikajt direttament ma' Google, permezz ta' kanal ta' appoġġ għall-klijenti, formola tal-feedback jew rapport ta' bug, ir-rekords ta' dawn il-komunikazzjonijiet: jinżammu sa 7 snin.
- Informazzjoni li hija assoċjata ma' cookies u identifikaturi li jistgħu jiġu rrisettjati mill-utent li huma disponibbli għall-użu fil-ħin tal-pubblikazzjoni tar-reklami fis-servizz tagħna ta' Xerrejja Awtorizzati titħassar mill-ħażniet tad-dejta tagħna aktar kmieni milli deskritt fil-Politika taż-Żamma tad-Dejta tal-Utenti ta' Google Ads jekk is-sistemi tagħna ma jaraw l-ebda talba għal dak l-identifikatur għal 180 jum.
- Id-dejta fil-livell tal-avveniment li tkun disponibbli għall-pubblikaturi titħassar mill-ħażniet tad-dejta tagħna wara perjodu ta' mhux itwal minn 60 jum.